20% tal-pulizija huma nisa

Miguela Xuereb

Għoxrin fil-mija tal-pulizija huma nisa. Dan joħrog minn tagħrif parlamentari mogħti mill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia.

Hu qal li fil-Korp tal-Pulizija hemm 2,263 membru u minn dawn hemm 465 nisa fil-pożizzjonijiet li jidhru hawn taħt:

  • Assistant Commissioner 1
  • Superintendent 4
  • Spetturi 27
  • 2nd Class Sergeant Major 2
  • Women Police Sergeants 94
  • Women Police Constables 306
  • Reserve Police Constables 31

Il-ministru kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg.