20 student jibbenefikaw minn kollaborazzjoni bejn l-Aġenzija Żgħażagħ u l-Bank APS

Madwar 20 student se jibbenefikaw mill-iskema ta’ studji ta’ Speċjalizzazzjoni taż-Żgħażagħ (YSSS).
Din l-iskema tippermetti lill-istudenti ta’ bejn it-18 u t-30 sena li jixtiequ jkomplu l-istudji tagħhom barra mill-pajjiż biex japplikaw għal loan b’rata ta’ imgħax sussidjata.
L-iskema hija r-riżultat ta’ ftehim ta’ kollaborazzjoni li għaddej bejn l-Aġenzija Żgħażagħ u l-APS Bank.
Minn dawn l-istudenti, 10  se jingħataw sussidju ta’ 100%, u l-10 l-oħra se jingħataw sussidju ta’ 75%.
Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Clifton Grima, faħħar din il-kollaborazzjoni u awgura lil dawn l-20 student li se jibbenefikaw minn din l-iskema.
L-iskema ilha topera mill-2011 u 125 kandidat ibbenefikaw mill-iskema.
Il-YSSS hija waħda mill-fergħat tal-programm ta’ tisħiħ ta’ Aġenzija Żgħażagħ u parti mill-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ li għandha l-għan li ttejjeb il-livelli tal-edukazzjoni u l-progressjoni taż-żgħażagħ.
 
Ritratt: DOI- Reuben Piscopo