20 sena tal-Partit Laburista fi ktieb

L-istorja tal-Partit Laburista ta’ bejn l-1920 u l-1940 se tkun ippubblikata fi ktieb ta’ 580 paġna.
Dan il-ktieb se jkun illustrat b’ritratti tal-ewwel ħassieba u fundaturi tal-PL u se jitnieda nhar il-Ħadd.
Il-ktieb kien riċerkat u miktub minn Francis Galea b’narrattiva mill-1920 sa meta bdiet it-Tieni Gwerra Dinjija.
L-analiżi dettaljata ta’ Galea tal-avvenimenti tistudja kemm il-pożizzjonijiet li l-partit kien ħa pubblikament, kif ukoll il-ħidma interna li kienet saret wara l-kwinti.
Il-ktieb se jinbiegħ għall-prezz ta’ €15 mill-ħwienet tal-kotba.