“20 sena ta’ mħabba u kuntentizza”

Ilbieraħ fl-10 ta’ Jannar Rod Stewart iċċelebra għeluq il-75 sena tiegħu u martu Penny Lancaster għaddietlu messaġġ ħelu fuq il-mezzi soċjali. Huma ilhom miżżewwġin għal dawn l-aħħar 12-il sena iżda ilhom 20 sena flimkien.

“20 sena ta’ mħabba u kuntentizza u qatt ma kien hemm mument ta’ dwejjaq” ikkummentat hi waqt li kitbet li ħerqana għall-20 sena li ġejjin biex tqattgħhom flimkien miegħu.

Ritratt: Instagram/PennyLancaster

Fl-aħħar ġranet Stewart għamel operazzjoni f’irkuptejh u kien jinsab l-isptar. Hu ntbagħat id-dar proprju eżatt fil-ħin biex ikun jista’ jiċċelebra għeluq sninu u l-jum tas-Sibt se jkun qed iqattgħu ma’ Penny u wliedhom Alastair u Aiden, li twieldu fl-2005 u fl-2011.

B’kollox Stewart għandu 8 ulied.