20 sena ilu jintbgħat l-ewwel SMS

Bħal llum għoxrin sena ilu intbgħat l-ewwel SMS, li kien fih il-kliem ‘Merry Christmas.’

Illum il-ġurnata, l-SMS sar parti mill-ħajja ta’ kuljum u ħafna drabi huwa preferut iżjed minn telefonati. Skont il-Malta Communications Authortity, fl-2011 intbagħtu iżjed minn 573,000,000 SMS f’Malta.

Fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena intbagħtu iżjed minn 300,000,000 SMS.

L-SMS jaf il-bidu tiegħu 28 sena ilu, meta ħolom bl-idea Inġinier Finlandiż.

Tmien snin wara, l-inġinier Ingliż Neil Papworth, li kellu biss 22 sena, kiteb il-kliem “Merry Christmas” minn fuq il-kompjuter tiegħu u bagħtu lid-Direttur ta’ kumpanija ewlenija tat-telefonija. Minn dakinhar bdiet l-era tal-SMS.