​20 sena ħabs għaż-żagħżugħ li wettaq attakki f’Pariġi

Salah Abdeslam li allegatament wettaq l-attakki li saru f’Pariġi fl-2015 ingħata sentenza ta’ 20 sena ħabs fil-Belġju għall-involviment tiegħu fi sparaturi li wasslu għall-arrest tiegħu.
Skont il-BBC, Abdeslam li għandu 28 sena nstab ħati ta’ akkużi b’rabta mat-terroriżmu u attentat ta’ qtil. Sofien Ayari li tressaq il-qorti flimkien ma’ Abdeslam instab ħati tal-istess akkużi wkoll.
Dawn iż-żewġ persuni tressqu l-qorti fil-Belġju wara li kienu sparaw fuq uffiċjali tal-pulizija li marru biex jarrestawhom.
Abdeslam qed jinżamm f’ħabs fi Franza fejn mistenni jitla’ qorti minħabba l-attakki li wettaq f’Pariġi.
La Abdeslam u lanqas Ayari ma kienu preżenti fil-qorti meta nqatgħet is-sentenza fil-Belġju.
L-Imħallef Marie France Keutgen qalet li ma kienx hemm dubju li ż-żewġ akkużati kienu involuti fir-radikaliżmu.