20 sena ħabs għall-eks Ministru Grieg

L-eks Ministru Grieg intbagħt 20 sena ħabs wara li ġie akkużat b’ħasil ta’ flus.

Dan il-każ qed jiġi deskritt mill-midja Griega bħala s-simbolu tal-korruzzjoni li hemm fil-Greċja.

Akis Tsohatzopoulos, ta’ 74 sena, diġa’ qed iservi tmien snin priġunerija minħabba frodi.

Skont lista maħruġa riċenti li turi liema huma l-inqas pajjiżi korrotti, id-Danimarka ġie l-ewwel, segwit mill-Fillandja u New Zealand. Il-Greċja tinsab fl-94 post.