20 refuġjat għal kull 1,000 Malti

F’Malta hawn 20 refuġjat għal kull elf ċittadin Malti. Skont statistika maħruġa mill-UNHCR, Malta tinsab fit-tmien post fin-numru ta’ refuġjati għal kull elf persuna tal-lokal.

L-istess figuri juru kif l-għola numru ta’ refuġjati għal kull ċittadin tal-pajjiż jinsabu fil-Ġordan, b’total ta’ 49 persuna għal kull elf ċittadin tal-Ġordan.

Wara Malta, iġifieri fid-disa’ u l-10 post, hemm is-Sudan u l-Montengro, b’20 u 18-il refuġjat għal kull elf persuna rispettivament.

Skont il-figuri tal-UNHCR, sal-2012 f’Malta kien hawn 8,248 refuġjat. Sal-istess perjodu, kien hemm 767 każ pendenti għal talba tal-ażil f’Malta.

Minn dawn it-8,248 refuġjat, l-istatistika turi li ma kien hemm ebda minnhom li ntbagħtu lura.

Il-UNHCR ikklassifikat li f’Malta hawn aktar minn 9,015-il każ li jikkonċerna d-drittijiet stipulati mill-UNHCR. L-istess figuri juru kif l-ebda mir-rfuġjati f’Malta ma ġew mgħejjuna mill-istess UNHCR.

Il-pajjiżi l-oħra li jinsabu mal-ewwel għaxra fin-numru ta’ refuġjati għal kull elf persuna huma ċ-Chad, Libanu, ir-Repubblika tal-Kongo, Sirja, Mawritanja, Djibouti, Sudan u l-Montenegro.