20 psikologu jingħataw il-warrant

It-Tlieta filgħaxija 20 priskologu ngħataw il-warrant sabiex ikunu jistgħu jipprattikaw din il-professjoni.

Għal din il-preżentazzjoni kien hemm preżenti l-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon. Huwa enfasizza l-bżonn ta’ iktar professjonisti f’dan il-qasam. Żied li l-ħajja qed toħloq iktar tensjonijiet u stress u għalhekk is-soċjetà għandha tkun iktar reżiljenti biex tiflaħ għal dawn it-tensjonijiet.

Iċ-Chairperson tal-Bord tal-psikoloġija Katya De Giovanni qalet li b’kollaborazzjoni mal-Kamra tal-Psikologi, qed ikun issuġġerit tibdiliet fil-liġi li tħares din il-professjoni, li kienet ilha li ġiet fis-seħħ mill-2004. Dan it-tibdil se jkun qed isaħħaħ din il-professjoni filwaqt li tikkumplimenta ma’ professjonijiet oħra soċjali.

Biex persuna tilħaq psikologu trid tagħmel bejn wieħed u ieħor 5 snin ta’studju full time kif ukoll sentejn prattika. L-istudju huwa maqsum bejn kors ta’ Baċellerat u Masters jew PHD.