20 persuna b’multa ta’ €100

Read in English.

20 persuna ngħataw multa ta’ €100 kull wieħed wara li nstabu fi gruppi ta’ aktar minn tliet persuni.

Fl-aġġornament tal-coronavirus il-Gvern qal li ħadd ma nstab jikser il-kwarantina obbligatorja fil-589 spezzjoni li saru fl-aħħar 24 siegħa. L-awtoritajiet wettqu aktar minn 20,000 spezzjoni mindu bdiet tiġi infurzata l-kwarantina obbligatorja.

Il-Gvern fakkar li waslet Malta l-ewwel minn 8 kunsinni ta’ lbies protettiv għall-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa waqt il-qadi ta’ dmirijiethom. L-ewwel kunsinna ta’ 100,000 kilo nġiebet b’titjira organizzata mill-AirMalta permezz tal-Qatar Airways. Fadal 7 titjiriet oħra xi jsiru biex b’kollox se jkunu nġiebu 800,000 kilo ta’ provvisti għall-qasam tas-saħħa.

Il-Gvern qal li rnexxielu jsib u jixtri l-ilbies protettiv mis-suq internazzjonali fi żmien meta hawn domanda qawwija ferm minn kull pajjiż fid-dinja. Temm jgħid li Malta hija ppreparata għal kull eventwalità.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn