20 persuna arrestati fuq sejbiet ta’ 5 tipi ta’ drogi

Read in English.

20 persuna ġew arrestati mill-Iskwadra ta’ Kontra l-Vizzju tad-Droga waqt tfittxijiet għall-għarrieda li saru waqt attivitajiet ta’ divertiment fil-limiti tar-Rabat, Malta.

Il-persuni arrestati ġejjin minn nazzjonalitajiet u fosthom hemm xi Maltin. Skont stqarrija maħruġa mill-Pulizija, l-etajiet ivarjaw bejn l-20 u l-34 sena. Id-drogi misjuba kienu jikkonsistu f’kokaina, MDMA, ħaxixa tal-kannabis, pilloli ecstasy u ketamina.

Fost il-persuni arrestati kien hemm Irlandiż li kellu fil-pussess tiegħu 66 pakkett bid-droga kokaina u raġel minn San Ġwann li nstab li kellu sitt pilloli ecstasy, żewġ pakketti bl-MDMA u pakkett kokaina.

Il-Pulizija qalet li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin u wħud mil-persuni arrestati mistennija jitressqu l-Qorti fis-sigħat li ġejjin.