20 oħra arrestati fuq droga

20 persuna oħra ġew arrestati mill-Iskwadra ta' kontra d-Droga f'dawn l-aħħar 24 siegħa.
Dan wara li nstabu fil-pussess ta' droga suspettata kokaina u ekstasi, f'numru ta' lokalitajiet, fosthom il-Qawra u r-Rabat.
Il-persuni arrestati huma Ingliżi u Taljani u għandhom bejn 20 u 40 sena.
Tlieta minnhom se jitressqu l-Qorti fis-sigħat li ġejjin.
Mhux eskluż li jitressqu aktar fil-jiem li ġejjin.
Fi tmiem din il-ġimgħa, b'kollox ġew arrestati dwar droga 37 persuna.