20 mejta wara splużjoni fl-Indoneżja

Madwar 20 persuni mietu wara li kien hemm splużjoni ġewwa fabbrika tan-nar fl-Indoneżja.
Skont il-midja internazzjonali, l-inċident seħħ filgħodu u filmati mill-post juru li ħiereġ ħafna duħħan mill-fabbrika.
Skont il-Pulizija tal-Indoneżja, madwar 43 persuna oħra indarbu fl-inċident. Spjegaw li madwar 100 persuna jaħdmu f’din il-fabbrika.
Il-ħidma tal-Pulizija għadha għaddejja biex joħorġu l-vittmi minn ġewwa l-fabbrika.
Ritratt: Arkivji