20 mejta u 80 midruba wara li żewġ ferroviji daħlu f’xulxin fl-Eġittu

Minn tal-inqas 21 persuna nqatlu u għexieren oħra ndarbu meta żewġ ferroviji tal-passiġġieri baqgħu dieħla ġo xulxin fl-Eġittu.
Waħda mill-ferroviji kienet telqet mill-Kajr filwaqt li l-oħra minn Port Said meta ħabtu fil-belt ta’ Alexandria.
Għadu sa issa mhux magħruf x’wassal biex il-ferroviji ħabtu.
Skont il-Ministeru għas-Saħħa Eġizzjan, hemm madwar 80 persuna mweġġa’
Lura fl-2013, għexieren ta’ persuni nqatlu meta ferrovija baqgħet dieħla f’minibus u vetturi oħra fil-Kajr.