20 koppja fis-sena ma jkomplux bis-separazzjoni

20 koppja fis-sena tul l-aħħar ħames snin irnexxielhom jilħqu ftehim u rranġaw id-differenzi ta’ bejniethom u waqqfu l-proċeduri tas-separazzjoni.
F’konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici qal li f'analiżi li għamlet il-Qorti tal-Familja joħroġ li l-każi ta’ medjazzjoni magħluqa bonarjament żdied bi 33% meta mqabbel ma’ ħames snin ilu.
Dr Bonnici spjega li kważi nofs il-każi magħluqa fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena ntemmu b’separazzjoni bonarja.
Żied jgħid li fl-aħħar ħames il-kawżi pendenti għas-separazzjoni naqsu bi 18% u fadal 1,142 kawża pendenti. 
Ritratt: DOI: Pierre Sammut