20 każ ieħor ta’ coronavirus, 4 minnhom tfal

Read in English.

Fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati 20 każ ġdid ta’ coronavirus u żewġ persuni fiequ b’hekk it-total ta’ każijiet attivi f’Malta tela’ għal 267 każ.

Erba’ mill-każijiet huma ta’ tfal, 8 huma mill-cluster ta’ Paceville u 6 relatati ma’ każijiet preċedenti. L-Awtoritajiet tas-saħħa ma qalux dettalji dwar iż-żewġ każijiet l-oħra.

Dan ħareġ fl-istatistika li ta’ kuljum qed tiġi ppubblikata mill-Ministeru għas-Saħħa fuq Facebook.

Ilbieraħ ġew irrappurtati 36 każ ġdid b’20 minnhom ikunu fil-komunità filwaqt li s-16 l-oħra kienu każijiet pożittivi fost l-immigranti li ddaħħlu Malta bil-baħar.