20 każ ġdid ta’ coronavirus

Miguela Xuereb

F’Malta ġew reġistrati 20 każ ġdid ta’ coronavirus.

Il-Ministeru għas-Saħħa qal li fl-aħħar 24 siegħa saru 1839 swab test. Intant fiqu żewġ persuni.

Intant 16 mill-grupp ta’ 78 immigrant li ddaħħlu lbieraħ f’Malta mill-Forzi Armati rriżultaw pożittivi għall-coronavirus hekk kif il-grupp kollu ġie ttestjat.

B’hekk issa f’Malta hemm total ta’ 249 każi attivi.