20 kamra tan-nar jingħaqdu nhar is-Sibt

20 kamra tan-nar minn 14-il lokalità mir-Reġjun Nofsinhar, nhar is-Sibt li ġej se joffru spettaklu fl-attività Festa Nar.
Festa Nar se ssir fil-Bypass tal-Imqabba bejn id-9pm u l-11pm.
Waqt it-tnedija tar-raba’ edizzjoni tal-attività, il-Ministru għall-Gvern Lokali Owen Bonnici tenna li Festa Nar hi turija tal-kapaċità lokali u għalhekk il-pubbliku għandu jattendi bi ħġaru.
Preżenti kien hemm ukoll is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet, Silvio Parnis.