20 immigrant għadhom maħrubin miċ-Ċentru ta’ Ħal Far

Miguela Xuereb

20 immigrant għadhom maħrubin miċ-Ċentru ta’ Ħal Far.

Kelliema għall-Pulizija qalet lil Newsbook.com.mt li mill-21 immigrant li ħarbu miċ-ċentru fi tmiem il-ġimgħa, inqabad wieħed biss.

Dan inqabad ilbieraħ, iżda 20 oħra għadhom ma nstabux, wara li dawn ħarbu nhar is-Sibt filgħodu. Il-persuna li nqabdet ġiet arrestata.

Fi stqarrija maħruġa s-Sibt, il-Ministeru għall-Intern qal li s-servizzi ta’ detenzjoni ndunaw li l-immigranti kienu neqsin wara li sar l-iċċekkjar tas-soltu. Il-Gvern stqarr ukoll li l-immigranti “ikkawżaw ħsara fuq wieħed mill-ħitan taċ-ċentru.”

It-tfittxija għadha għaddejja.