20 ħaddiem inqatlu f’sit ta’ kostruzzjoni fil-Pakistan

Grupp ta’ madwar 20 ħaddiem fil-Lbiċ tal-Pakistan inqatlu minn grupp ikbar ta’ militanti.
Skont il-Pulizija, il-militanti ħatfu l-post ta’ fejn kienu l-ħaddiema wara li qatlu lit-tmin uffiċjali tas-sigurtà li kienu qed jgħassu s-sit ta’ kostruzzjoni tard il-Ġimgħa filgħaxija.
Grupp ta’ separatisti mill-Pakistan qalu li kienu responsabli minn dan il-qtil.
Militanti Talibani, separatisti u gruppi oħra terroristiċi spiss jiġġieldu f’dan ir-rġjun fil-Lbiċ tal-Pakistan fil-fruntiera mal-Iran.