​20 gowl f’logħba waħda fil-futbol tan-nisa

Beda bil-kbir il-kampjant tal-futbol tan-nisa lokali, fejn fl-ewwel ġurnata ġew skurjati 41 gowl u f’logħba waħda ġew skurjati mhux anqas minn 20 gowl.
Fl-ewwel taqsima, Raiders Luxol kienu diġa’ taw disa’ gowls bla risposta kontra Lija/Iklin.
Dan ma kienx biżżejjed għaliex fit-tieni taqsima Raiders Luxol skurjaw mhux inqas minn 11-il gowl, bl-iskor finali ta’ 20-0.
Skor mhux daqstant komuni fil-futbol u l-aħħar li ġie reġistrat kien fl-2001, meta l-Kuwajt kienu ġabu fix-xejn lil Bhutan waqt logħba ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja.
Mgarr United u Kirkop United ukoll ma għadux lura milli jiskurjaw meta għelbu lil Sliema Wanderers u Hamrun Spartans rispettivament bl-iskor ta’ 7-0.
Wara li l-ewwel taqsima bejn Tarxien Rainbows u Swieqi United intemmet b’gowl wieħed favur Tarxien, ir-Rainbows għalqu bi skor finali ta’ 5-0.
Fl-aħħarnett Hibernians skurjaw gowl f’kull taqsima u għelbu lil Pembroke Athleta bl-iskor rispettabli ta’ 2-0.