20 għaqda volontarja jieħdu sehem fi proġetti ta’ solidarjetà

Rappreżentanti minn għoxrin għaqda tal-volontarjat differenti ngħaqdu flimkien f’konferenza bit-tema “Intejbu l-Volontarjat bi Proġetti ta’ Solidarjetà”. Il-parteċipanti kienu kollha żgħażagħ li ħadu sehem fil-programm Erasmus+ u taw servizz volontarju f’wieħed mill-oqsma tal-ambjent, kultura, servizzi soċjali, refuġjati, tfal u anzjani.

Meta indirizzaw lil dawk preżenti, kemm il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca kif ukoll is-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia tkellmu dwar l-esperjenzi personali tagħhom fil-volontarjat, meta kienu għadhom żgħażagħ.

Huma saħqu dwar l-importanza li ż-żgħażagħ Ewropej jaħdmu flimkien biex jagħmlu differenza f’ħajjithom u fil-komunitajiet tagħhom.