20 barriera għall-iskart tal-kostruzzjoni

F’Malta u Għawdex hawn 20 barriera li fihom bħalissa jista’ jintefa’ skart mill-industrija tal-kostruzzjoni.
Dan ġie ppubblikat fil-Parlament mill-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli Josè Herrera, meta kien qed iwieġeb għall-mistoqsija parlamentari, tad-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina.
Tlieta mill-20 barriera jinsabu f’Għawdex: tnejn f’San Lawrenz u waħda fil-Qala.
Erbgħa jinsabu fl-Imqabba, tlieta n-Naxxar, tnejn Ħ’Attard u tnejn Ħad-Dingli.
F’Ħal Kirkop, fil-Mellieħa, fil-Qrendi, fis-Siġġiewi, fiż-Żejtun u fiż-Żurrieq hemm barriera waħda għall-iskart tal-kostruzzjoni.