20,000 f’riskju tal-Ebola

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, il-WHO, qalet li iktar minn 20,000 persuna jistgħu jintlaqtu mill-Ebola qabel il-virus jista’ jkun ikkontrollat.
L-aġenzija tal-Ġnus Magħquda qalet li n-numru tal-każi jistgħu jkunu sa erba’ darbiet iktar mit-3,000 każ diġà rreġistrat.
Appellat ukoll lil-linji tal-ajru biex jibqgħu għaddejjin b’ċerti titjiriet fejn ir-riskju tal-virus hu għoli f’każi “vitali” biss. B’hekk, l-epidemija ma tkunx tista’ tinfirex faċilment.
S’issa, 1,552 persuna fil-Liberia, Sierra Leone, Guinea u n-Niġerja mietu.