2 żgħażagħ jippruvaw iweġġgħu lilhom infushom fil-lock-up

Żewġ żgħażagħ, li kienu qed jinżammu arrestati fil-Lock-up fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, ippruvaw iweġġgħu lilhom infushom.

Fi stqarrija, il-Pulizija spjegat li dan seħħ f’żewġ każi separati waqt li kienu fiċ-ċelel rispettivi tagħhom, fis-1.45pm u fis-6.45pm. Iż-żgħażagħ huma Eġizzjan ta’ 30 sena u Palestinjan ta’ 26 sena.

Huma ma ġarrbu l-ebda ġrieħi iżda xorta ttieħdu ċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana biex jiġu invistati.