Żewġ żgħażagħ indarbu waqt inċident tat-traffiku bil-mutur ilbieraħ fix-Xewkija.
L-inċident ġara fis-5.45pm fi Triq is-Salvatur.
Iż-żewġ żgħażagħ ta’ 17-il sena mix-Xewkija stess kienu rikbin fuq il-mutur meta s-sewwieq tilef il-kontroll tal-vettura.
Huma ttieħdu l-Isptar Ġenerali t’Għawdex fejn irriżulta li l-passiġġier ġarrab ġrieħi gravi, filwaqt li s-sewwieq sofra ġrieħi ħfief.