2 żgħażagħ jammettu li ppruvaw jisirqu minn dar f’Wied il-Għajn

Żewġ żgħażagħ ammettew li ppruvaw jisirqu minn dar f’Wied il-Għajn f’Settembru li għadda.

Fil-Qorti Martin Galea ta’ 25 sena u Jeremy Borg ta’ 18-il sena ammettew ukoll li għamlu ħsara fuq oġġetti ta’ ħaddieħor.

Borg weħel sentenza ta’ 11-il xahar ħabs sospiża għal erba’ snin. Galea weħel sentenza ta’ 11-il xahar ħabs.