2 żgħażagħ arrestati fuq pussess ta’ eroina u kannabis

CMRU

Read in English.

Żewġ żgħażagħ ta’ 26 sena ġew arrestati wara li nqabdu bid-drogi tal-eroina u l-kannabis.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li ż-żewġ żgħażagħ huma residenti l-Bormla.

Il-persuni twaqqfu mill-Pulizija waqt li kienu qegħdin f’vettura, f’Bormla stess. Minn tfittxija li saret fil-vettura, l-Pulizija sabu madwar 60 qratas suspettati droga eroina, kif ukoll borża mimlija sustanza suspettata droga cannabis.

Infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Dr A. May Grima.