Read in English.
Fl-aħħar 24 siegħa żewġ anzjani mietu waqt li kienu pożittivi għall-coronavirus.
Fl-ewwel każ, anzjana ta’ 79 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fis-7 ta’ Novembru, mietet aktar kmieni llum f’Casa Pinto Ħal Qormi.
Fit-tieni każ anzjana ta’ 88 sena, li rriżultat pożittiva għall-Covid-19 fit-8 ta’ Novembru, mietet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.
It-total ta’ persuni li mietu mill-bidu tal-pandemija issa huwa ta’ 97 persuna.
Illum Malta rreġistrat 121 każ ġdid tal-coronavirus filwaqt li fiequ 122 pesuna.