2 turisti Skandinavi mħanxra fil-Marokk

Żewġ turisti nisa Skandinavi instabu mejta fil-Marokk b’qatgħa f’għonqhom. Dan intqal mill-ministru għall-intern tal-Marokk. Iż-żewġ iġsma nstabu ħdejn il-belt ta’ Imlil fil-muntanji ta’ High Atlas, ħdejn il-bidu tal-ogħla quċċata tal-Afrika ta’ Fuq, Mount Toubkal.

Il-par, mid-Danimarka u n-Norveġja rispettivament, għadhom ma ġewx identifikati b’isimhom. Il-pulizija tal-pajjiż bdew bl-investigazzjonijiet tagħhom fuq il-każ.

Fil-Marokk, it-turiżmu huwa t-tieni l-aktar mod kif il-pajjiż idaħħal il-flus.