2 tobba Maltin lura għal Malta; Temmew ħesrem ġita b’volontarjat madwar id-dinja

maltese doctors

Iż-żewġ tobba li kienu ġew intervistati minn Newsbook.com.mt dwar vjaġġ ta’ 10 xhur madwar id-dinja fejn anke kienu qed jagħmlu volontarjat fi wħud mill-ifqar pajjiżi li żaru, iddeċidew li jaqgħtu l-vjaġġ tagħhom fil-qosor. Dan minħabba l-coronavirus li qed jinfirexx mad-dinja u li issa wasal biex anke infiltra lil Malta.

Permezz ta’ post fuq Facebook, Jordy Borg u Martina Gerada qalu li bħalissa jinsabu ġejjin lura Malta mill-Peru flimkien ma’ ħabib tagħhom. Qalu li minn meta ħarġet l-aħbar tal-COVID-19, huma bdew isegwu l-aġġornamenti kollha u żammew kuntatt kontinwu mal-qraba, sħabhom u l-kollegi tagħhom f’Malta.

Filwaqt li kienu qed jippjanaw li jkompli bil-vjaġġ tagħhom fl-Amerika t’Isfel sa nofs April, iddeċidew li jaqtgħu l-vjaġġ tagħhom fil-qosor u jiġu lura lejn Malta. Filwaqt li sostnew li jinsabu diżappuntati li kellhom jieħdu din id-deċiżjoni, jemmnu li hija l-aħjar deċiżjoni għalihom f’dan iż-żmien. Il-koppja ilhom jivvjaġġaw minn Awwissu tal-2019, żmien twil qabel ma bdiet il-pandemija tal-coronavirus.

Huma sostnew li xorta għad fadlilhom ħafna stejjer, ritratti u esperjenzi x’jaqsmu mas-segwaċi tal-paġna ta’ Facebook tagħhom bl-isem ta’ Ward to World. Huma se jkunu qed ikomplu jaġġornaw lis-segwaċi tagħhom b’dak kollu li għamlu waqt li se jkunu qed josservaw il-kwarantina mandatorja li hija ordnata mill-Gvern Malti għal dawk kollha li jidħlu lura Malta mis-safar fl-aħħar żmien.

Intant, il-koppja ħeġġet lil kulħadd biex jieħu ħsieb is-sigurtà tiegħu, biex jaħsel idejh ta’ spiss u biex isegwi sew l-ordnijiet tal-awtoritajiet tas-saħħa.

Huma komplew billi sellmu lill-kollegi kollha tagħhom u sħabhom li huma tobba u infermiera li qed jaħdmu biex il-virus ma jinfirixx. “Inthom eroj,” sostniet il-koppja, filwaqt li qalgħet li qed tħares ‘il quddiem biex hi wkoll terġa’ tirritorna għall-ħidma fil-qasam tal-mediċina.

Hey guys,We haven't posted for a while. We are currently in Peru, travelling with our very good friend Adriano…

Posted by Ward To World on Saturday, March 14, 2020

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn