2 timijiet Maltin jiksbu r-rispett f’SantaPod

Read in English.

Mr. Whippy Racing Team ikkompeta u rebaħ il-klassi Top Methanol Dragster wara ġimgħa sħiħa ta’ problemi. It-tim mar l-Ingilterra b’żewġ sewwieqa Matthew Carabott, li aktar kmieni din is-sena ġab il-liċenzja tat-tiġrijiet fl-istess trakka, u Monty Bugeja. Carabott tilef l-ewwel żewġ ġirjiet ta’ prova nhar l-Erbgħa u għalhekk l-avventura tiegħu kellha tieqaf hemm. Bugeja tilef l-ewwel żewġ rawnds ta’ Kwalifikazzjoni nhar il-Ġimgħa minħabba problemi fil-magna. L-inkwiet tal-magna ġie segwit minn inkwiet fit-trasmissjoni bil-konsegwenza li l-karozza bdiet taqla fuq it-tieni gear. Eventwalment it-tim għamel erba’ ġirjiet biss, iżda x-xogħol iebes fl-aħħar wassal biex fil-finali t-tim għamel ġirja impressjonanti ta’ 5.303 sekondi, b’268MpH u rebaħ il-klassi.

It-tim l-ieħor ġewwa SantaPod kien it-tim ta’ Glenn Borg li kkompeta biss fi tlett rawnds mill-ħamsa li kellu l-Kampjonat Ewropew tal-FIM. Bi tliet avvenimenti biss Borg irnexxielu jtemm dan il-kampjonat fir-raba’ post tal-akbar klassi fil-kampjonat. It-tlett sewwieqa li għelbu lil Borg kienu l-uniċi sewwieqa li rnexxielhom jikkompetu fil-5 avvenimenti li huma.