2 silġiet jiffrankawlek il-mogħdija!

Huma l-ħafna li għandhom ħadida tal-mogħdija f’darhom, iżda huma l-ħafna wkoll dawk li l-mogħdija hija l-qatla tagħhom. Din il-faċenda tista’ tkun aktar faċli jew aħjar evitata jekk tagħmel dan li ġej.

Billi sempliċiment titfa’ żewġ jew tliet silġiet fil-magna li tnixxef il-ħwejjeġ u tixgħela fuq is-sħana, it-tinja tal-ħasil fuq il-ħwejjeġ tisfa fix-xejn. B’dan il-mod, il-magna tkun qed toħloq l-istim billi iddewweb is-silġ fl-ilma u jsir jaħraq biżżejjed biex jinbidel fi stim.

Huwa importanti li ma titfax ammonti kbar ta’ ħwejjeġ għax din it-tattika taħdem fuq ammonti żgħar ta’ ħwejjeġ. Tal-inqas il-qomos u xi ħwejjeġ antipatki oħra tkun tista’ teħlishom b’hekk u ma toqgħodx tagħdihom.