2 sentenzi ta’ ħabs fuq serq fi 3 xhur

Read in English.

Mara ta’ 34 żiedet ġiet ikkundannata ħames xhur ħabs wara li ammettiet li kkommettiet diversi serqiet. F’Awwissu li għadda hija kienet instabet ħatja li wettqet diversi serqiet u kienet qed tiskonta sentenza ta’ ħabs.

Fil-Qorti, il-mara li hija ta’ nazzjonalità Bulgara ammettiet li s-sajf li għadda serqet kartiera li kien fiha flus kontanti, karti ta’ kreditu, u dokumenti personali fi Strada Stretta. Tlitt ijiem wara hija serqet envelop li kellu fih ammont ta’ flus kontanti.

Il-mara wieġbet ħatja għall-akkużi miġjuba kontriha bil-Maġistrat Claire Stafrace Zammit tikkundanna lill-mara ħames xhur ħabs. Il-Maġistrat innotat li l-mara ammettiet l-akkużi miġjuba kontriha fl-istadju bikri tal-investigazzjoni u raddet il-flus li serqet lura.