2 rġiel arrestati wara li żgassaw bieb ta’ residenza fil-Ħamrun

Read in English.

Żewġ irġiel ġew arrestati mill-pulizja wara li nqabdu li żgassaw bieb ta’ residenza fil-Ħamrun.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li l-każ seħħ fi Triq Atocia għall-ħabta tal-10.30am. Meta waslu fuq il-post, il-pulizija tar-Rapid Intervention Unit sabu raġel ta’ 36 sena residenti Ħaż-Żabbar ħdejn il-bieb tar-residenza. Raġel ta’ 44 sena nstab fuq il-bejt tal-istess residenza.

Dawn qed jinżammu mill-Pulizija sabiex jassistu fl-investigazzjoni.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn