Żewġt irġiel spiċċaw arrestat wara li l-Pulizija sabet fuqhom xi drogi.
Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li l-arresti saru lbieraħ mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga.
Wieħed mill-irgiel ta’ 36 sena ta’ nazzjonalità Bulgara nstab li kellu fuqu sustanza suspettata droga kokaina u ħaxixa tal-kannabis. Ir-raġel l-ieħor, ta’ 24 sena mill-Mali, kellu fuqu diversi pakketti b’sustanza suspettata droga kokaina, f’ċirkostanzi li juru li d-droga ma kinitx għall-użu esklussiv tiegħu.
Ir-raġel ta’ 24 sena mistenni jitressaq il-Qorti b’arrest għada, akkużat bil-pussess aggravat tad-droga kokaina.