2 irġiel arrestati fiż-Żejtun; kellhom 130kg kannabis

Żewġt irġiel ġew arrestati fiż-Żejtun wara sejba ta’ 130 kilogramma pjanta allegatament tal-kannabis.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li l-arresti u s-sejba saru l-lejl li għadda. Id-droga kienet f’garaxx fiż-Żejtun. Iż-żewġt irġiel ta’ 22 u 34 sena, it-tnejn residenti Bormla mistennija jitressqu l-Qorti fis-sigħat li ġejjin akkużati bil-pussess aggravat tal-istess droga fost akkużi oħrajn.