2 quddisiet online kuljum minn Ta’ Pinu

Id-Djoċesi ta’ Għawdex qed ixxandar żewġ quddisiet kuljum online mis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna Ta’ Pinu.

Il-ħinijiet tal-quddies huwa fit-8.30am u fis-6.30pm mit-Tnejn sas-Sibt. Il-Ħadd isiru fl-10am u fis-6.30pm.

Il-quddiesa tas-Sibt fis-6.30pm mill-istess Santwarju tkun imxandra wkoll b’mod dirett fuq TVM2.

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, l-Isqof Mario Grech kiteb lis-saċerdoti tad-Djoċesi ta’ Għawdex f’dan iż-żmien partikolari, meta b’direttiva tal-istess Isqfijiet u f’linja mal-miżuri tal-Awtoritajiet tas-Saħħa, twaqqaf il-quddies għall-pubbliku fil-knejjes kollha kif ukoll l-attivitajiet u ċelebrazzjonijiet tal-massa.

Agħfas hawn jekk trid tara l-quddies minn Għawdex.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn