2 Pulizija u 3 persuni midruba fi sparatura f’Philadelphia

Police respond to an active shooter situation, where Philadelphia police officers were shot during a drug raid on a home, in Philadelphia, Pennsylvania, U.S. August 14, 2019. REUTERS/Bastiaan Slabbers

Read in English.

SWAT team salva żewġ uffiċjali tal-Pulizija u tliet persuni wara li nqabdu f’dar fejn raġel fetaħ in-nar u darab sitt uffiċjali.

L-agressur sakkar lilu nniffsu f’dar f’Philadelphia fl-Istati Uniti waqt li l-Pulizija kienu qed jippruvaw jikkonvinċuh iċedi. Mill-ewwel rapporti jidher li r-raġel kien armat b’arma semi-awtomatika, simili għall-AK-47.

Il-Pulizija avvanzat u sgassat l-entratura tad-dar fejn ir-raġel kien imsakkar ħames siegħat wara li beda l-attakk meta r-raġel fetaħ in-nar fir-residenza. Fi stqarrija l-Pulizija qalet li r-raġel ma ndunax li l-Pulizija daħlu fir-residenza fejn kien qed iżomm l-ostaġġi, u dan għen biex l-attakk intemm mingħajr eskalazzjoni kbira.

Diversi ostaġġi rnexxielhom jaħarbu bil-moħbi billi qabżu mit-twieqi u mill-bibien ta’ wara tad-dar waqt li l-agressur kien aljenat jispara lejn il-karozzi tal-Pulizija fit-triq. Il_Pulizija temmet tgħid li dan l-attakk seta’ faċilment jeskala u jħalli ammont kbir ta’ vittmi, madanakollu kollox spiċċa b’wiċċ il-ġid