2 pulizija jistupraw tfajla ta’ 20 sena

Il-Pulizija ta’ Rimini qed jinvestigaw allegat stupru minn żewġ uffiċjali tal-pulizija fuq tfajla Ġermaniża ta’ 20 sena.

L-uffiċjali, li għadhom kif bdew il-karriera tagħhom fil-Korp huma t-tnejn Sqallin u għandhom 21 u 23 sena rispettivament.  Huma kienu qed jgħixu fl-istess hostel f’Rimini li kienet qed toqgħod fiha l-allegata vittma flimkien ma’ żewġt iħbieb tagħha. Huma ġew sospiżi mill-akkademja tal-Pulizija sakemm titlesta l-investigazzjoni.

It-tfajla qalet lill-Pulizija li hi ġiet stuprata fil-kamra tal-ġuvintur wara li sħabha ħallewha waħedha. Ġie rrappurtat li l-Ġermaniżi u sħabha ħarġu maż-żewġ pulizija nhar il-Ġimgħa u ppjanaw ħarġa flimkien is-Sibt, imma spiċċaw qagħdu ġewwa minħabba l-maltemp.

Intant, fil-jiem ta’ qabel, tfajla ta’ 15-il sena ġiet stuprata fil-bajja ta’ Jesolo qrib Venezja. Dwar il-każ infetħet investigazzjoni.