2 premji ġodda għall-FIFA Football Awards

Getty images

Meta l-aqwa plejers tal-futbol se jkunu qed jiltagħu fit-23 ta’ Settembru għall-Premji tal-FIFA, se jkun hemm żewġ akkoladji ġodda x’jintrebħu: L-Aqwa Goaler mit-timijiet tan-nisa, kif ukoll għall-membri ta’ FIFA FIFPro Women’s World11.

Id-Deputat Segretarju Ġenerali tal-FIFA Zvonimir Boban qal li Franza se tkun qed torganizza edizzjoni innovattiva tat-Tazza tad-Dinja tan-Nisa tal-FIFA din is-sena, għalhekk sostna li ma jistax jaħseb f’mument aħjar biex jintroduċi dawn il-premjijiet ġodda. Boban qal li dan se jkun pass ieħor fid-direzzjoni t-tajba biex tiżdied l-istima lejn il-futbol tan-nisa.