2 plejers Taljani penalizzati talli tkellmu ħażin waqt logħba

Żewġ plejers Taljani ingħataw penali u mhux se jitħallew jilagħbu l-logħba li jmiss. Dan wara li ġew mixlija li tkellmu ħażin waqt logħob mis-Serie A.

Francesco Magnanelli ta’ Sassuolo u Matteo Scozzarella ta’ Parma dehru fuq it-televixin jgħidu kliem ħażin u mhux xieraq f’żewġ inċidenti differenti.

Fil-futbol Taljan, li wieħed isemmi l-isem ta’ Alla b’mod mhux xieraq, jittieħed bis-serjetà ħafna. L-assoċjazzjoni Taljana tal-futbol bdiet tiddixiplina l-plejers dwar dan sa mill-2010.

Il-midfielder ta’ Udinese Rolando Mandragora kien ukoll ġie ppenalizzat fuq dan lura fl-2018.