2 persuni pożittivi għall-Covid-19 hekk kif waslu l-Italja minn Malta

Żewġ passiġġiera nstabu pożittivi għal COVID-19 mal-wasla tagħhom fl-Italja minn Malta.

Skont il-ġurnali Taljani żewġ passiġġiera minn 124 fuq titjira minn Malta lejn l-Italja lbieraħ nstabu pożittivi għal virus. Skont l-istess ġurnal 107 passiġġieri minn 124 aċċettaw li jagħmlu swab test minn jheddom. Matul il-jum tat-Tlieta fl-Italja nstabu erba’ każijiet oħra ta’ passiġġiera li waslu l-Italja minn Ibiza.

L-awtoritajiet Taljani qed iħeġġu lill-poplu Taljan biex jevita safar kemm jista’ jkun, speċjalment lejn pajjiżi fejn il-virus qed jinxtered b’rata’ mgħaġġla fil-komunità.