Read in English.
Propju llejla, il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar il-mewt ta’ żewġ persuni bil-Covid-19. Fi stqarrija kien spjegat li dawn kienu żewġ anzjani oħrajn.
L-ewwel każ huwa ta’ anzjan ta’ 75 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-2 ta’ Novembru, u miet ilbieraħ fil-Good Samaritan Long-term Care Facility.
It-tieni każ huwa ta’ anzjan ta’ 73 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-11 ta’ Novembru, u miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.
B’hekk b’kollox issa mietu 106 persuna f’Malta kważa ta’ din il-pandemija.
Il-Ministeru għas-Saħħa, ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjani u appella biex kulħadd jimxi mal-miżuri ta’ prevenzjoni biex b’hekk ikunu salvagwardjati dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà.
Propju llum, tħabbru 140 każ ġdid tal-coronavirus f’Malta, filwaqt li fiequ 117-il persuna. Il-każijiet il-ġodda ħarġu mit-3,093 swab test li saru.