2 persuni oħra jmutu bil-coronavirus

Photo of old woman's hands image in Beauty and Fashion category at pixy.org

Żewġ persuni oħra mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19, skont il-Ministeru għas-Saħħa.

Fi stqarrija kien spjegat li l-ewwel każ huwa ta’ raġel ta’ 77 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-4 ta’ Diċembru u miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

It-tieni każ huwa ta’ anzjana ta’ 89 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 ilbieraħ 7 ta’ Diċembru u mietet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

Il-Ministeru għas-Saħħa, ta l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjani, jappella biex kulħadd jibqa’ viġilanti u jimxi mal-miżuri ta’ prevenzjoni; il-ħasil tal-idejn, l-ilbies tal-maskra u d-distanza fiżika.

Illum tħabbru wkoll 40 każ ġdid ta’ coronavirus.