Jitressqu 2 persuni l-Qorti fuq każijiet separati

Tressqu quddiem il-Qorti ta’ Għawdex żewġ persuni fuq każijiet separati. Skont stqarrija maħruġa mill-Pulizija iż-żewġ persuni ġew imressqa l-Qorti dalgħodu.

L-ewwel każ kien ta’ Niġerjan ta’ 24 sena li ġie akkużat li kkaġuna ġrieħi gravi fuq raġel ta’ 30 sena fil-limiti tal-Munxar, kif ukoll talli kiser il-bon-ordni u l-paċi pubblika u li kiser il-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja li kellu. Huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih, iżda ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest.

It-tieni każ kien ta’ Somalu li għandu 30 sena li ġie akkużat li kiser il-bon-ordni u l-paċi pubblika u li kiser il-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja li kellu. Skont l-istqarrija, huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest taħt diversi kundizzjonijiet.