2 persuni l-isptar wara ħabta f’Pembroke

Credit: CMRU

Żewġ persuni ttieħdu l-isptar Mater Dei wara ħabta bejn żewġ karozzi f’Pembroke.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li ħabta seħħet għall-ħabta tal-4.10pm fi Triq Sant’Andrija. Fil-karozza misjuqa minn mara ta’ 70 sena u magħha kien hemm raġel ta’ 68 sena li t-tnejn huma Ingliżi u residenti f’San Ġwann ttieħdu lejn l-isptar. Filwaqt li r-raġel ta’ 26 sena mis-Somalja u residenti f’Birkirkara ma ġarrab l-ebda ġrieħi.

Fuq il-post isejjħet ambulanza li ħadet liż-żewġ Ingliżi lejn l-Isptar Mater Dei fejn ġew iċċertifikati li qed isofru ġrieħi ħfief.