2 persuni jittajru fil-Marsa

Żewġ persuni ġew imtajra fil-Marsa dalgħodu.

Dan ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn kelliem għall-Pulizija li spjega li l-każ seħħ fi triq li tiġi kantuniera mal-moll taċ-ċangaturi fit-8.35am.

Mara ta’ 28 sena mill-Imqabba tajret żewġ irġiel, wieħed ta’ 46 sena minn Ħal Tarxien, u ieħor Rumen ta’ 35 sena li jgħix fil-Marsa. It-tnejn li huma ttieħdu l-Isptar Mater Dei fejn ġew iċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi ħfief.