2 persuni jinstabu jiksru l-kwarantina

police-health-authorities-inspections-quarantine-coronavirus-25
Miguela Xuereb

Żewġ persuni nstabu jiksru l-kwarantina obbligatorja fit-375 spezzjoni li saru fl-aħħar 24 siegħa.

F’aġġornament dwar il-coronavirus il-Gvern qal li ħames persuni ngħataw multa ta’ €100 kull wieħed wara li nstabu fi grupp flimkien. Gruppi ta’ aktar minn erba’ persuni mhumiex permessi.

Intant il-Gvern fakkar li sitt persuni oħra ġew dikjarati li fiequ mill-COVID-19. It-total ta’ dawk li ħelsu mill-virus tela’ għal 413. Fl-aħħar 24 siegħa saru 1,022 test – instabu żewġ persuni pożittivi.

Takeoff Seed Fund

It-Takeoff Seed Fund huwa fond immirat għal intraprendituri u riċerkaturi li jridu jiżviluppaw l-ideat tagħhom. F’din l-inizjattiva mal-Università ta’ Malta, il-Gvern se jagħti €100,000 f’dan il-fond li jaħseb biex jistimula l-innovazzjoni u l-ideat rivoluzzjonarji imprenditorjali f’dawn iż-żminijiet diffiċli tal-pandemija. Riċerkaturi u imprendituri jistgħu jibbenefikaw sa massimu ta’ €35,000 biex jiżviluppaw l-ideat tagħhom. Aktar tagħrif jista’ jinkiseb minn takeoff.org.mt.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn