2 persuni arrestati b’rabta ma’ pussess u t-traffikar tad-droga

Uffiċċju tal-Komunikazzjoni, Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta

Żewġt irġiel, wieħed ta’ 26 sena u l-ieħor ta’ 17-il sena, it-tnejn residenti l-Imqabba, ġew arrestati lbieraħ filgħaxija mill-Iskwadra ta’ kontra t-traffikar u l-pussess tad-droga.

Fi stqarrija l-pulizija qalet li l-iskwadra ta’ kontra d-droga wara  jiem ta’ osservazzjoni meta interċettat vettura f’Wied il-Għajn. Il-karozza kienet qiegħda tinstaq mir-raġel ta’ 26 sena u passiġġier miegħu kien hemm iż-żagħżugħ ta’ 17-il sena.

Minn tfittxija li saret fil-vettura u fuqhom, instabu diversi pakketti b’sustanza allegatament droga cannabis u kokaina, kif ukoll oġġetti relatati mat-traffikar tad-droga.

Il-vettura kienet qiegħda tinstaq mingħajr liċenzja u polza tal-assigurazzjoni. Iż-żewġt irġiel ġew arrestati u ttieħdu l-lock-up tal-Pulizija fil-Furjana għal aktar stħarriġ.

Il-pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet.

Uffiċċju tal-Komunikazzjoni, Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta